Shop

Offer!

Enrico Dandria – qassis, politiku, patrijott

45.00 35.00

Category:

Description

Riċerka ta’ Max Farrugia

 

Offerta ta’ qabel il-pubblikazzjoni €35 minflok €45 sas-7 ta’ Novembru 2017

 

Il-bijografija “Enrico Dandria, qassis, politiku patrijott” tiġbor fiha l-ħidma li għamel Monsinjur Dandria f’oqsma differenti, iżda l-aktar fost iż-żgħażagħ, fil-qasam soċjali u fil-politika, partikolarment fl-edukazzjoni u l-kultura.

 

Enrico Dandria (1892-1932) għex perjodu politiku mqalleb – it-twaqqif tal-Assemblea Nazzjonali, l-irvellijiet tas-Sette Giugno, it-twaqqif tal-partiti politiċi, l-ewwel elezzjonijiet parlamentari fl-1921, l-ewwel Self Government u t-tilwima politiko-reliġjuża bejn il-Partit ta’ Strickland u l-Knisja. F’dawn kollha Dandria kellu sehem importanti.

 

Enrico Dandria beda l-ħidma politika tiegħu fl-Unione Politica Maltese (UPM) u kompla fil- Partit Nazzjonalista (PN). Hu kien Ministru tal-Edukazzjoni fejn fi żmienu fost l-aktar passi importanti seħħet rivoluzzjoni sħiħa fl-edukazzjoni primarja għal ulied il-ħaddiema. Irnexxielu jġib fix-xejn l-iffullar fil-klassijiet, ibiddel djar li kienu jintużaw bħala skejjel ma’ oħrajn aktar adatti u beda programm ta’ bini ta’ skejjel ġodda. Fil-qasam edukattiv ta kundizzjonijiet aħjar lill-għalliema, introduċa attendenza obbligatorja għat-tfal li kienu jmorru l-iskola, kompla jwaqqaf u jsaħħaħ l-iskejjel tekniċi u korsijiet għall-għalliema, u klassijiet ta’ filgħaxija kemm għall-ħaddiema u dawk li kienu qed jikkunsidraw li jemigraw. Il-ktieb jiffoka wkoll fuq Dandria bħala oratur imfittex għad-diskorsi tiegħu fil-manifestazzjonijiet politiċi li kienu jsiru minn fuq il-pulptu.

 

Ħajjet Dandria ma kinetx nieqsa mill-kontroversji. Bejnu u bejn l-Ordni Franġiskan Konventwali kienet qamet kwistjoni dwar twaqqigħ ta’ parti mill-knisja ta’ San Franġisk fi Strada Reale fil-Belt Valletta. Dan il-każ spiċċa l-Qorti u wara kienu saru liġijiet ġodda dwar il-kultura u l-antikitajiet.

 

Enrico Dandria miet f’qasir il-għomor fl-età ta’ 40 sena.

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Enrico Dandria – qassis, politiku, patrijott”

Your email address will not be published. Required fields are marked *