Shop

IŻ-ŻEJT F’QIEGĦ L-ILMA

12.95

SKU: SKU013 Category:

Description

Rumanz li jittratta erba’ ġenerazzjonijiet ta’ familja li għexet fid-dell ta’ stilla ħażina. L-istorja tal-protagonisti sseħħ fl-isfond tal-Istorja ta’ Malta, u l-fattwali u l-fittizju huma minsuġa flimkien biex jinħoloq rakkont irrakkmat bir-reqqa. Pass pass mal-istorja naraw il-ġrajjiet ta’ dan ir-rumanz jiżvolġu waħda wara l-oħra, sakemm iż-żejt jidher ċar, allavolja fil-qiegħ tal-ilma.
 
Awtur: Martin Bugelli
 
Data tal-Pubblikazzjoni: 30 ta’ Ottubru 2015
 


 

Martin Bugelli – twieled Bormla fl-1960. Gradwat fl-Ingliż u speċjalizza fil-komunikazzjoni. Ħadem f’diversi oqsma fis-Servizz Pubbliku fosthom fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fl-informazzjoni. Għal xi snin serva wkoll bħala r-Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Illum jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell. Dan hu l-ewwel rumanz tiegħu. Miżżewweġ lil Antonella u għandhom tliet subien Daniel, Samuel u Gabriel.

Additional information

Weight .400 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “IŻ-ŻEJT F’QIEGĦ L-ILMA”

Your email address will not be published. Required fields are marked *