Categories:

Nidħqu bina nfusna – Politika bi tbissima, Tonio Borg. Illustrazzjonijiet Mark Schembri

25.00

STAMPAT TLIET DARBIET

 

Tonio Borg għandu l-kapacita’ li jirrakonta bl-aktar mod serju u jifqa’ lil kulħadd bid-daħq.

Tul is-snin irrankonta aneddoti politiċi fil-kurituri tal-Parlament, waqt laqgħat u mumenti ta’ tensjoni … u issa qed jaqsamhom miegħek permezz tal-ktieb “Nidħqu Bina Nfusna – Politika bi Tbissima”.

 

Out of stock

Notify me when item is back in stock.

  • Author:Tonio Borg. Illustrazzjonijiet: Mark Schembri
  • Format:-
  • Pages:176
  • Year:-
  • ISBN:9789995 750138
  • Dimensions:245 × 168 cm | 800g
  • Social Share:

Description

Dan hu l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu fejn politiku – Tonio Borg – jirrakonta inċidenti u ġrajjiet li sehhew tassew.  Jirrakonta ż-żelqiet, sitwazzjoni imbarrazanti u skomdi tal-politiċi, li ħafna drabi jiddejqu jirrepetuhom … ħadd ma jeħlisha:  minn Dom Mintoff u Lawrence Gonzi bix-xwabel u t-twapet li ġabu miċ-Ċili għat-Tabib Eddie Fenech Adami, mis-superstizzjonijiet ta’ Ġorġ Borg Olivier għal qdusija ta’ Joseph u Simon, mill-waqgħat minn fuq il-palk għal-loverbirds fuq l-irjus, mis-sejħa ta’ anzjana li waqgħet mis-sodda f’nofs ta’ lejl u ċemplet lid-deputat tad-distrett għat-tindif tad-dentaturi mill-kandidat li ried iqaxxar kull vot, mis-segretarju parlamentari li ta business card bir-ritratt tiegħu u votanta anzjana ħasbet li kien qed iqassam santi tal-mejtin għal kandidat li daħal f’burdell.  Kollha jissemmew b’isimhom u kunjomhom!

 

Ħafna politiċi jaħsbu li kulħadd jafhom u li kulħadd jitkellem dwarhom.  Imma mhux il-kas.  Kien hemm deputat li ħasbuh il-parker ta’ Pjazza San Ġorġ, ieħor ħasbuh xufier u ieħor ħasbuh il-Father li jidher fuq it-television!  X’jonqos?  F’idejk biex taqra l-aneddoti minn qoxra sa qoxra u togħxa bid-daħq.

 

Hardback

Additional information

Weight 800 g
Dimensions 245 × 168 cm

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Nidħqu bina nfusna – Politika bi tbissima, Tonio Borg. Illustrazzjonijiet Mark Schembri”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.