Shop

Pre-Publication Offer – ANTON TABONE – Il-Pont bejn Għawdex Reġjun u Malta Nazzjon

25.00

Category:

Description

28 sena fuq l-għatba li jiżżewweġ, żagħżugħ Għawdxi bin tabib ewlieni u politiku, sab ruħu fil- Parlament u fl-istess ħin itterminawlu l-impjieg fiss li kellu ma’ bank ewlieni li bih seta’ jgħajjex familtu.

Minn hemm tibda l-ħidma ta’ Anton Tabone ma taqta’ xejn favur Għawdex li bosta drabi fl-Istorja ġie romantiċizzat u ppreżentat bħala l-gżira tal-ħolm. Imma Għawdex kien ukoll il-gżira tal-iżvantaġġi, il-gżira tal-insularità doppja li tort tagħha bosta Għawdxin kellhom iħallu djarhom u familthom minħabba Ta’ li ma sabux xogħol fil-gżira li welldithom.

Din hija l-istorja ta’ Anton Tabone u ħidmietu b’risq Għawdex biex sar kontributur ewlieni fil-ħajja tal-pajjiż.

Din hi wkoll l-Istorja ta’ Għawdex minn wara l-gwerra sa żmienna: gżira reġjun ta’ Malta nazzjon f’nofs il-Mediterran.

Riċerka ta’ Sergio Grech. Pubblikazzjoni Kite Group

F’dan il-ktieb tista’ taqra dwar:

  • Politiċi Għawdxin mill-familja Tabone
  • Għawdex tal-perjodu erbgħin u ħamsin tas-seklu

    għoxrin

  • Il-baned u l-kaċċa f ’Għawdex
  • Il-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex
  • Argumenti ma’ Duminku Mintoff, Lorry Sant

    u Wistin Abela dwar l-investimenti tal-Gvern

    f ’Għawdex

  • Theddida ta’ riżenja mill-Grupp Parlamentari

    Nazzjonalista

  • It-Twaqqif għall-ewwel darba tal-Ministeru għal

    Għawdex

  • Servizz Innovattivi ta’ Kommunikazzjoni bejn

    Malta u Għawdex li llum ma jeżistux

  • Il-Ħidma favur Għawdex Reġjun

Additional information

Weight 1.2 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Pre-Publication Offer – ANTON TABONE – Il-Pont bejn Għawdex Reġjun u Malta Nazzjon”

Your email address will not be published. Required fields are marked *