Shop

RUMANZ ĠDID – RABTIET MIKTUB MILL-PERIT LAWRENCE GATT (Paperback)

12.95

Rabtiet

Lawrence Gatt

 

Ir-rumanz il-ġdid tal-Perit Lawrence Gatt Rabtiet hu ġrajja ta’ familja bi tlett itfal. Rumanz mibni fuq rabtiet li jiżviluppaw fil- ħajja ta’ familja Maltija fejn il-missier, Wilfred, tiġih opportunità ta’ impjieg fi Brussell.

Rumanz li jiżviluppa b’pass mgħaġġel bit-tensjoni tiżdied ma’ kull kapitlu għaliex f’ċertu ċirkostanzi r-rabtiet kienu qed jitgħaqqdu aktar milli mistenni tant li l-għoqiedi bdew isiru aktar b’saħħithom. Barra minn hekk xi rabtiet kienu jmorru kontra xulxin. It-tfal bdew jitfarfru. Jonathan plejer tal-futbol tajjeb ħafna. It-tfajliet imsaħħra warajh. Paula tibda l-kors tal-mediċina. Donald jistqarr ma’ ħutu r-rabtiet li kellu, iżda beda joqgħod lura milli jgħid lil ommu u lil missieru.

 

U meta tkellem magħhom, ommu ħallet ir-rabta li kellha miegħu. Fil-frattemp hi timrad u bla ma taf Donald joħloq rabta ġdida magħha. U waqt li għaddej dan kollu? X’kien qed jagħmel Wilfred? L-aħħar rabta, f’sensiela ta’ rabtiet u għoqiedi li jżommuk fuq ix-xwiek u bla nifs, isseħħ fil-Wied tal-Isperanza, fil-Mosta.

Category:

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “RUMANZ ĠDID – RABTIET MIKTUB MILL-PERIT LAWRENCE GATT (Paperback)”

Your email address will not be published. Required fields are marked *