Watch – Ċajt mis-Sagristija u bawxati oħra mniedi għand is-Sorijiet tal-Klawsura

Qatt ma ħlomt li se nagħmel sena niġbri wara l-qassisin, il-patrijiet u r-reliġjużi. Hekk bdiet id-diskors tagħha Josianne Camilleri li ġabret aktar minn 150 ċajta u bawxata li saru minn religjużi fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-Arċisqof Charles Scicluna wkoll jaqsam mal-qarrejja esperjenzi umoristiċi li għadda minnhom u li rrakontahom għal dan il-ktieb. Meta l-Arċisqof iltaqa’ ma’ Josianne Camilleri bi tbissima qalilna, “iġri kemm trid wara qassisin u partrijiet imma tisfrata lil ħadd minnhom!”

 

Is-Sorijiet tal-Klawsura laqgħu lill-mistiedna fil-Monasteru u fir-refertorju fejn waqt riċeviment irrakuntaw l-avventuri li jsiru wara l-bibien tal-Monasteru. Tkellmu wkoll dwar il-ħajja tagħhom.

 

Is-serata kienet tinkludi wkoll ħsijiet minn Dr Joseph Agius li tkellem dwar kif l-umoriżmu jagħti kontribut biex bniedem jgħix f’saħħtu, ikun kreattiv u jnaqqas mill-istress.

 

Dan il-ktieb hu t-tielet wieħed b’rakkonti ta’ anedotti, ċajt, bawxati u praspar. L-ewwel ktieb “Nidħqu Bina Nfusna, Politika bi Tbissima” inkiteb minn Tonio Borg, u t-tieni ktieb “Iċ-Ċirasa, praspar u avventuri” inkiteb minn Mario Galea. It-tliet kotba huma pubblikati minn Kite Group bit-tnedija tat-tliet ktieb issir fit-14 ta’ Ottubru 2016.

 

Cajt 4

Cajt1

Cajt2

Cajt3

Aktar Ritratti