Blog

4 kotba ta’ riċerka finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

 

4 kotba ppubblikati minn Kite Group għaddew għall-finali fil-konkors organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Maltese Lace: History and Mystery: Four Centuries of Bizzilla miktub minn Consiglia Azzopardi u Navigating the Maltese Mediascape editjat minn Fr Joe Borg u Mary Anne Lauri huma fost il-finali fil-kategorija ‘Riċerka ta’ Natura Ġenerali’.

 

Iż-żewġ kotba Lord Strickland: Plots and Intrigue in Colonial Malta miktub minn Victor Aquilina u Buttons Parade: Military and Civilian Uniform Buttons in Malta miktub minn George Cassar u Denis Darmanin huma finalisti fil-kategorija ‘Riċerka Bijografika u Storjografika’.

 

Dawn il-kotba jinsabu għall-bejgħ mill-uffiċċju ta’ Kite Group, 13 Triq il-Franġiskani, Ħamrun (li qabel kienet Triq Villambrosa, ħdejn Cosmed Pharmacy) mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-4.00pm. Jistgħu jinxtraw online minn fuq www.kitegroup.com.mt (nagħmlu delivery tal-kotba mixtrija online) jew mill-ħwienet tal-kotba. Nistednuk li tiġi żżurna fl-uffiċċju l-ġdid fejn tista’ tara l-għażla wiesgħa ta’ kotba.

 

Bl-appoġġ tal-awturi, il-qarrejja u dawk kollha involuti fil-proċess tal-pubblikazzjoni tal-ktieb, Kite Group jibqa’ impenjat li jippubblika aktar kotba li bihom isaħħaħ il-librerija Maltija.

No Comment

Post A Comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.