Blog

Offerta Speċjali – Ktieb ieħor ta’ Joe Friggieri

110 novella ta’ Joe Friggieri f’4 kotba.

Il-ktieb Nismagħhom Jgħidu rebaħ premju għat-traduzzjoni l-konkors imniedi mill-Kunsill Malti għall-Arti u nqara fuq l-istazzjon RTK. Saret ukoll il-verżjoni-awdjo tal-istejjer għall-persuni neqsin mid-dawl.

In-novella Dritt għall-Punt li tinsab fil-ktieb Nismagħhom Jgħidu inħadmet film b’ko-produzzjoni bejn Kite Group u Mitt Ħolma wara li ntgħażlet mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ktieb ġie stampat għat-tieni darba fl-2017.

Il-ktieb Nismagħhom Jgħidu rebaħ konkors u nqaleb għall-Ingliż minn Clare Vassallo. Il-ktieb Straight to the Point jinsab ukoll għall-bejgħ https://www.kitegroup.com.mt/product/straight-to-the-point-and-other-short-stories/

Wara s-suċċess miksub bil-ktieb Nismagħhom Jgħidu, Joe Friggieri kiteb aktar novelli li jibqgħu stampati f’moħħok wara li taqrahom. Dawn ġew ippubblikati fil-kotba Il-Gżira l-Bajda u Il-Fiera tal-Fuħħar. In-novelli kollha ġew moqrija u mxandra fuq One Radio.

Din is-sena qed jiġi pubblikat ktieb ieħor ta’ stejjer qosra Widnet il-Baħar.

 

Tista’ tixtri l-kotba b’offerta speċjali minn fuq: https://www.kitegroup.com.mt/product/3-kotba-ta-novelli-minn-joe-friggieri/

No Comment

Post A Comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.