Categories:

Edizzjoni limitata: Iz-Ziju Manwel u It-Teżor ta’ Klement miktuba minn Joseph Debono fi slipcase (edizzjoni qoxra iebsa)

50.00

  • Author:Joseph Debono
  • Format:Hardback + slipcase
  • Pages:-
  • Year:2020/2021
  • ISBN:-
  • Dimensions:200 × 130 cm | 500g
  • Social Share:

Description

Iż-żewġ rumanzi miktuba minn Joseph Debono jinsabu għall-bejgħ fi slipcase. Din hi edizzjoni limitata ta’ 10 kopji biss. Iż-żewġ rumanzi huma edizzjoni hardback.

 

Joseph Debono twieled fil-25 ta’ Mejju, 1958, u trabba l-Belt Valletta. Għamel karriera ta’ erbgħin sena fis-settur bankarju, l-ewwel Mid-Med Bank u wara HSBC Bank. Meta rtira studja u ġab id-diploma ta’ gwida tat-turisti mill-ITS u għal tliet snin ħadem bħala gwida. Kien involut fil-media, l-aktar fit-TV. Kiteb, ipproduċa jew ippreżenta għadd ta’ programmi fosthom Aħn’Aħna jew m’Aħniex? (1988), Asterisk (1989) u O Żmien Ħelu (1992), imma baqa’ magħruf l-aktar għax ħoloq u interpreta l-karattru popolari ta’ James Bondin fil-programm Xarabank. F’Marzu 2020 sar jaf li marad bl-ALS, u minħabba li l-marda pparalizzatu, tgħallem juża għajnejh biex jikteb  fuq il-kompjuter. L-ewwel rumanz li kiteb, Iz-Ziju Manwel, ġie ppubblikat f ’Novembru 2020 u kien ġie mibjugħ kollu f ’sitt ġimgħat. Iz-Ziju Manwel reġa’ ġie stampat f ’Jannar 2021. It-Teżor ta’ Klement hu t-tieni rumanz li kiteb Joseph Debono u approvah għall-istampar fit-22 ta’ Ottubru 2021, ħamest ijiem qabel ma miet. Joseph Debono kien miżżewweġ lil Tanya u għandhom żewġ ulied, Andrew u Peter.

Additional information

Weight 500 g
Dimensions 200 × 130 cm

You may also like…