Categories:

Hekk nafhom jien, Tonio Borg

30.00

“Dan il-ktieb nibet mill-idea li dejjem kelli li nikteb xi ħaġa dwar nies li ltqajt magħhom matul ħajti. F’dal-ktieb hemm l-impressjonijiet tiegħi dwar 60 persunaġġ li jew laqtuni, jew influwenzawni f’ħajti jew fit-trobbija tiegħi, jew inkella sempliċement laqtuni, fit-tajjeb jew il-ħażin, bħala persuni li kienu jagħtu kulur lill-ħajja ta’ madwari.” – Tonio Borg

  • Author:Tonio Borg
  • Format:-
  • Pages:352
  • Year:-
  • ISBN:9789995 750169
  • Dimensions:245 × 168 cm | 800g
  • Social Share:

Description

Dan hu stil uniku ta’ kif il-qarrejja, permezz ta’ 60 rakkont dwar personalitajiet differenti, isiru jafu aktar dwar dawn il-persunaġġi u dwar Tonio Borg innifsu.

 

F’dan il-ktieb l-awtur jikteb l-impressjonijiet tiegħu dwar nies li ltaqa’ magħhom, ħadem magħhom jew li kien jaf mill-qrib. Kollha persunaġġi li influwenzawh fi stadji differenti ta’ ħajtu: fit-trobbija, fil-familja, fl-iskola, fl-Università, il-Qorti jew fil-ħajja politika. Għalhekk, minbarra l-elementi bijografiċi dwar 60 personalità differenti, fil-kitba hemm ukoll elementi awtobijografiċi li jitfgħu dawl fuq l-awtur. Ma’ kull rakkont, il-qarrejja jagħrfu aktar il-karattru u l-ħsibijiet ta’ Tonio Borg.

 

F’dan il-ktieb hawn ismijiet magħrufa ħafna. Oħrajn inqas, iżda li bil-kwiet u bla daqq ta’ trombi influwenzaw lil ħafna nies.

 

Data tal-pubblikazzjoni: 30 ta’ Ottubru 2015

Additional information

Weight 800 g
Dimensions 245 × 168 cm

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Hekk nafhom jien, Tonio Borg”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

You may also like…