Category:

Nismagħhom jgħidu, Joe Friggieri (Stampat darbtejn)

12.95

“Magħruf sew għal żewġ ġabriet ta’ novelli li ħareġ fl-imgħoddi, il-popolari Stejjer tar-Ronnie u l-brillanti Ħrejjef għal Żmienna, Joe Friggieri issa jippreżentalna ġabra oħra ta’ stejjer miktubin bi stili differenti. Uħud minnhom juruna kif jaf jittratta b’mod divertenti ideat li ħaseb u kiteb fuqhom bħala kittieb serju… Ħafna mill-karattri l-aktar interessanti li jesplora Friggieri huma nisa, uħud minnhom ibatu mit-tirannija u l-għira tal-irġiel, u oħrajn li jużaw l-intelliġenza, il-misteru tagħhom u l-qawwa ta’ sbuħithom kontrihom… Forsi l-aktar novella qawwija hi dik fejn awtur liberali f’pajjiż tiranniku jipprova jiddefendi ruħu mill-akkużi li fizzjal tal-pulizija sarkastiku u bla ħniena jisparalu waħda wara l-oħra. L-azzjoni hawn hi fid-djalogu ħaj li jfakkar lill-qarrej fid-drammi u l-kummiedji li Friggieri kiteb b’suċċess għall-palk Malti.”

Paul Xuereb

  • Author:Joe Friggieri
  • Format:-
  • Pages:256
  • Year:-
  • ISBN:9789995 750312
  • Dimensions:200 × 130 cm | 300g
  • Social Share:

Description

Mill-pinna prolifika ta’ Joe Friggieri joħorġu dawn l-għoxrin novella, mibnija fuq firxa wiesgħa ta’ karattri u ambjenti, li jżommuk fuq ix-xwiek sal-aħħar u jibqgħu f’moħħok għal żmien twil wara li taqrahom. Huma stejjer ta’ awtur li jaf u jieħu gost jirrakkonta, u li jibqa’ jissorprendi lil dawk li huma midħla tax-xogħlijiet tiegħu.

Rebbieħ tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’ film qasir. In-novella Dritt għall-Punt saret film qasir b’ko-produzzjoni ta’ Kite Group u Mitt Ħolma.

 

 

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 200 × 130 cm

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Nismagħhom jgħidu, Joe Friggieri (Stampat darbtejn)”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

You may also like…