Shop

GEORGE ABELA – QALB IN-NIES – Paperback cover

19.00

Description

George Abela, Qalb in-nies.  Ktieb ġdid dwar il-President George Abela, mit-tfulija sal-Presidenza.  L-istorja ta’ tifel, li ommu u missieru rabbew żewġt itfal oħra li sfaw bla ġenituri fi ċkunithom u li għamel żmien emigrant l-Awstralja mal-familja.  George Abela, l-avukat, fl-isport, fit-trejdunjonżimu, fil-politika, fil-volontarjat u President.

 

President li laqa’ lill-magħrufin u lill-imbikkmin.  Għex qalb in-nies.  F’qalb in-nies.

 

Taħt il-lenti ta’ min segwih, ħadem fil-qrib tiegħu jew analizzah.  Il-ktieb hu maqsum f’żewġ partijiet.  Andrew Azzopardi jikteb ġrajjet il-President wara li ltaqa’ u ddiskuta miegħu diversi temi u esperjenzi li għadda minnhom.  Segwih waqt attivitajiet uffiċjali u lil hinn mill-ħidma presidenzjali.  Tkellem ma’ nies li jafuh sew, b’kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi li huma ppubblikati fil-ktieb.  George Abela, Qalb in-nies, jinkludi wkoll sensiela ta’ papers, minn persuni awtorevoli li janalizzaw il-ħidma li wettaq il-President f’oqsma differenti.  Aktar minn 130 ritratt huma inkluzi f’dan il-ktieb li jkopru l-ħajja tal-President mit-tfulija sal-aħħar attivitajiet u inizjattivi li qed jagħmel fil-kariga.

 

Ixtri kopja tal-ktieb u tkun qed tgħin lill-Malta Community Chest Fund

 

(Ritratt tal-Qoxra: Iris vision of Solidarity)

Additional information

Weight 0.95 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “GEORGE ABELA – QALB IN-NIES – Paperback cover”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.