Category:

It-Teżor ta’ Klement, Joseph Debono

12.95 starting from

Dan hu t-tieni rumanz ta’ Joseph Debono. L-ewwel wieħed hu Iz-Ziju Manwel (Kite Group, 2020).  Iz-Ziju Manwel kien ġie sold out f’temp ta’ sitt ġimgħat u reġa ġie stampat mill-ġdid. Inqara fuq Radju Malta u One Radio.

  • Author:Joseph Debono
  • Format:Paperback & hardback
  • Pages:252
  • Year:2021
  • ISBN:-
  • Dimensions:-
  • Social Share:

Description

Meta Paul irċieva l-ittra tan-nutar fuq il-Golden Dawn, qatt ma basar li kienet se tqalliblu ħajtu daqshekk. Dan l-aħħar kien sab ftit kalma mal-ħbieb, l-Ingilterra, wara t-taħwid li kien għex fl-aħħar snin. Iżda issa se jkollu jiġi lura Malta. Iz-Ziju Klement, insomma iz-ziju t’ommu, miet, u Paul kellu sehem fil-wirt. Minbarra dak li ħallielu, iz-ziju jsemmilu li hemm ukoll teżor, u ħallielu ħjiel, ftit misterjuż, biex ikun jista’ jfittex it-teżor. Din it-tfittxija tieħu lil Paul ġirja ma’ siti storiċi madwar Malta. Mhux waħdu. Għax Klement, mill-qabar, ilaqqgħu wkoll ma’ Katarin, it-tfajla li kienet tmur tgħinu. Bl-għajnuna ta’ Katarin, it-tfittxija ssir aktar ħafifa u jieħdu aktar gost jagħmluha flimkien. Tgħid jilħqu jsibuh it-teżor qabel ma Paul ikollu jmur lura l-Ingilterra?

Additional information

Weight N/A
Dimensions N/A
Format

Paperback, Hardback