Categories:

Il-Biljett tal-Lotterija u stejjer oħra, l-Imħallef Toni Abela

12.95

  • Author:Toni Abela
  • Format:Qoxra ratba
  • Pages:218
  • Year:2025
  • ISBN:978-9918-23-191-1
  • Dimensions:200 × 130 cm | 300g
  • Social Share:

Description

“Fil-ġeneru tan-novella jiena nsib il-milja tal-espressjoni letterarja sħiħa. Qasira iżda fiha narrativa daqs ta’ rumanz. B’karattri ħajjin u reali tal-ġeneru tad-dramm. F’ħajja fejn ta’ kuljum il-ġurnata qiegħda dejjem tiqsar, in-novella hija l-aħjar mezz letterarju għal dawk li m’għandhomx ħin għall-qari fit-tul. Kif diġà wrejt fl-ewwel pubblikazzjoni, ‘L-Imxennqa għall-Ġiżirana’, pubblikata minn Kite Group fl-2022, fin-novelli tiegħi nipprova noħroġ it-tajjeb u l-ħażin, il-merti u dimerti tal-bniedem. Iżda aktar minn hekk, irrid ukoll infakkar li fil-ħajja xejn mhu garantit u xejn mhuwa ċert. Minħabba f ’hekk, żammejt l-istil tas-sorpriża fl-aħħar ta’ bosta min-novelli f ’dan il-ktieb. Il-ħajja hija rota tal-fortuna għal dak li kellu ċans li jkun miljunarju u tilef il-biljett tal-lotterija u ta’ dawk li jagħmlu għażla f ’ħajjithom biex itejbu l-eżistenza tagħhom biex fl-aħħar isibu li kienu aħjar kif kienu milli kif qegħdin issa. Għal darb’oħra qed inħalli lill-qarrejja jaslu weħidhom biex jiġġudikaw il-karattri tan-novelli.

Buona lettura!”

  • Toni Abela

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 200 × 130 cm

You may also like…