Categories:

IL-MONUMENT TAL-ĦELSIEN, Mintoff u l-abbozzi tad-disinji ta’ Agius

20.00

F’dan il-ktieb qed jiġu ppubblikati d-disinji li kien għamel Anton Agius għall-Monument tal-Ħelsien. Disinji li huma ferm differenti minn kif sar il-Monument, u li nbiddlu fuq insistenza tal-Prim Ministru Dom Mintoff. F’dan il-ktieb taqra dwar il-ħsieb tal-artist, ir-reazzjoni ta’ Mintoff u r-relazzjoni ta’ bejniethom.

  • Author:Lino Bianco
  • Format:Paperback
  • Pages:80
  • Year:2024
  • ISBN:9789918231362
  • Dimensions:275 × 255 cm
  • Social Share:

Description

Dan il-ktieb miktub minn Lino Bianco hu rendikont komprensiv u analiżi dettaljata tal-abbozzi ta’ disinji kunċettwali preparatorji li saru mill-iskultur Anton Agius għall-Monument tal-Ħelsien fil Birgu. Ir-rakkont, għani u b’ħafna aspetti, tal-ħolqien tal-monument, idaħħlu fl-istorja, fil-kuntest politiku, fis-sinifikat ideoloġiku tiegħu, u f’moħħ il-Prim Ministru Mintoff, li kkummissjonah u kkonċepixxieh. Minbarra li janalizza l-abbozzi, Bianco jiddiskuti b’mod estensiv l-istil artistiku tal-monument u l-post magħżul. Jiddeskrivi wkoll ir-relazzjoni diffiċli bejn Agius u Mintoff, li bl-indħil kontinwu u l-interferenza diretta f’kollox, wassal lill-artist biex jiddikjara li dak kien ‘monument ta’ Mintoff ’.”

KENNETH WAIN
Professur Emeritu tal-Istudji Edukattivi, L-Università ta’ Malta, L-Imsida

Additional information

Dimensions 275 × 255 cm

You may also like…