Description
L-1955 kienet sena kruċjali għal Malta. Duminku Mintoff kien qed jipproponi l-Integration lill-elettorat Malti. L-1955 kienet ukoll sena kruċjali għal Alexander Cachia Zammit – tabib żagħżugħ ta’ 31 sena miż-Żejtun magħruf ukoll bħala Sandy.
Kien intalab minn Ġorġ Borg Olivier biex jikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Nazzjonalista kif fil-passat kien għamlu z-ziju ta’ missieru Salvatore Cachia Zammit u missieru Alfredo u hekk għamel.
Fl-elezzjoni tal-1962, li saret fi sfond ta’ ġlieda-politiko reliġjuża qalila, it-tabib Cachia Zammit tela’ minn żewġ distretti u bis-saħħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista rebaħ tliet siġġijiet fuq id-distrett taż-Żejtun. Storja li qatt ma reġgħet seħħet.
Borg Olivier irrikonoxxa l-waqt storiku u poġġa lil Sandy Ministru tal-Impjiegi u s-Servizzi Soċjali bl-emigrazzjoni tilgħab logħba ewlenija. Kien l-iżgħar membru fil-Kabinett. Kellu biss 37 sena. Kienu żminijiet meta kien hawn għatx għax-xogħol. Barra minn hekk, kien hemm l-isfida l-kbira tal-Indipendenza.
Għal Sandy, ir-rebħa Laburista tal-1971 fissret ġuri fejn ġie akkużat b’serq ta’ dokumenti governattivi. Kien l-ewwel u l-aħħar każ tax-xorta tiegħu fl-istorja politika Maltija. X’kienu r-raġunijiet li waslu biex Sandy jgħaddi ġuri? Min mar għandu lejliet il-ġuri? X’rieduh jagħmel?
Din il-bijografija imma ma tħarisx biss lejn il-politiku imma tindirizza aspetti oħrajn f’ħajjet Sandy bħal sehemu fl-Għaqda Mużikali Beland.
Fuq kollox f’din il-bijografija hemm stejjer irrakkuntati u analizzati għall-ewwel darba.
Reviews
There are no reviews yet.