Description
Il-folla fi Pjazza San Pietru stenniet bil-ħerqa lill-Papa l-ġdid jixref mit-tieqa tal-Vatikan. Min kien dan Karol Wojtyla?
Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien mill-Polonja iżda laqa’ lill-folla billi tkellem bit-Taljan. Kull fejn żar, in-nies marru bi ħġarhom biex jarawh u jsiru jafuh. Kien ibierek lit-tfal, jiltaqa’ maż-żgħażagħ u jixtieq iħoss it-tbatija tal-morda.
Il-Papa pprietka l-għaqda, il-paċi u l-maħfra.
Imħabbtu tibqa’ magħna tul iż-żminijiet…
Il-ħajja tal-Papa Ġwanni Pawlu II. It-twelid, il-ġrajjiet, l-esperjenzi, il-fidi, il-mirakli ….. kollha fi ktieb wieħed miktub minn Frank Zammit u addattat għat-tfal minn Rita Saliba.
100 paġna bil-kulur b’45 illustrazzjoni oriġinali mill-artist David Schembri.
Il-ktieb fih ukoll messaġġi minn Isqfijiet u Kardinali li ħadmu qrib tiegħu li jikkaruntaw l-esperjenzi tagħhom ma’ dan il-Papa Qaddis.
Francesca Zammit –
Ktieb tajjeb ħafna għat tfal.