Description
Tonio Borg f’dan il-ktieb jiffoka fuq kriżijiet parlamentari; uħud imnebbħa minn punt ta’ prinċipju, oħrajn riżultat ta’ ambizzjonijiet, opportuniżmu, kunflitti jew eroiżmu…
X’kienet ir-raġuni tal-ewwel kriżi governattiva sitt xhur biss wara li Malta ngħatat is-self-government? Għala l-Partit Popolari Malti ma riedx jaċċetta lil Nerik Mizzi fi ħdanu? Għaliex saret l-ewwel u l-unika koalizzjoni bejn in-Nazzjonalisti u l-Laburisti fl-1922? Il-għala Nerik Mizzi darbtejn waqqa’ l-Gvern? Il-għala l-Gvern ta’ Gerald Strickland ma setax jgħaddi l-Baġit mis-Senat? Kont taf li l-Gvern Laburista ta’ Pawlu Boffa baqa’ jmexxi waħdu sitt xhur wara l-Isplit ikkaġunat minn Mintoff?
X’ġara lill-Gvern minoritarju Nazzjonalista wara l-Gwerra? Il-għala waqgħet l-Ewwel Koalizzjoni Borg Olivier-Boffa fl-1953? Għaliex Joe Cole, Deputat Mexxej tal-Partit ta’ Boffa, waqqa’ t-Tieni Koalizzjoni PN-MWP fl-1954? X’kienet ir-raġuni vera li għaliha Mintoff waqqa’ l-Gvern Laburista fl-1998? X’kienu l-ġrajjiet li wasslu għall-vot kontra fil-Parlament f’Diċembru 2012?
Dawn u kwistjonijiet politiċi oħra, uħud ta’ xejra legali, jinstabu f’dan il-ktieb ġdid ta’ Tonio Borg – li bħala eks-Viċi Prim Ministru, Ministru u Deputat – għex uħud minnhom. Dr Borg jiddeskrivi b’referenza għal dibattiti parlamentari u l-gazzetti ta’ kull żmien kull kriżi li fiha l-gvern tal-ġurnata tilef il-maġġoranza fil-Leġiżlatura…disa’ darbiet b’kollox mill-1921.
Data tal-pubblikazzjoni 10 ta’ Novembru 2017
Reviews
There are no reviews yet.