Description
Dan hu stil uniku ta’ kif il-qarrejja, permezz ta’ 60 rakkont dwar personalitajiet differenti, isiru jafu aktar dwar dawn il-persunaġġi u dwar Tonio Borg innifsu.
F’dan il-ktieb l-awtur jikteb l-impressjonijiet tiegħu dwar nies li ltaqa’ magħhom, ħadem magħhom jew li kien jaf mill-qrib. Kollha persunaġġi li influwenzawh fi stadji differenti ta’ ħajtu: fit-trobbija, fil-familja, fl-iskola, fl-Università, il-Qorti jew fil-ħajja politika. Għalhekk, minbarra l-elementi bijografiċi dwar 60 personalità differenti, fil-kitba hemm ukoll elementi awtobijografiċi li jitfgħu dawl fuq l-awtur. Ma’ kull rakkont, il-qarrejja jagħrfu aktar il-karattru u l-ħsibijiet ta’ Tonio Borg.
F’dan il-ktieb hawn ismijiet magħrufa ħafna. Oħrajn inqas, iżda li bil-kwiet u bla daqq ta’ trombi influwenzaw lil ħafna nies.
Data tal-pubblikazzjoni: 30 ta’ Ottubru 2015
Reviews
There are no reviews yet.