Description
Dan hu l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu fejn politiku – Tonio Borg – jirrakonta inċidenti u ġrajjiet li sehhew tassew. Jirrakonta ż-żelqiet, sitwazzjoni imbarrazanti u skomdi tal-politiċi, li ħafna drabi jiddejqu jirrepetuhom … ħadd ma jeħlisha: minn Dom Mintoff u Lawrence Gonzi bix-xwabel u t-twapet li ġabu miċ-Ċili għat-Tabib Eddie Fenech Adami, mis-superstizzjonijiet ta’ Ġorġ Borg Olivier għal qdusija ta’ Joseph u Simon, mill-waqgħat minn fuq il-palk għal-loverbirds fuq l-irjus, mis-sejħa ta’ anzjana li waqgħet mis-sodda f’nofs ta’ lejl u ċemplet lid-deputat tad-distrett għat-tindif tad-dentaturi mill-kandidat li ried iqaxxar kull vot, mis-segretarju parlamentari li ta business card bir-ritratt tiegħu u votanta anzjana ħasbet li kien qed iqassam santi tal-mejtin għal kandidat li daħal f’burdell. Kollha jissemmew b’isimhom u kunjomhom!
Ħafna politiċi jaħsbu li kulħadd jafhom u li kulħadd jitkellem dwarhom. Imma mhux il-kas. Kien hemm deputat li ħasbuh il-parker ta’ Pjazza San Ġorġ, ieħor ħasbuh xufier u ieħor ħasbuh il-Father li jidher fuq it-television! X’jonqos? F’idejk biex taqra l-aneddoti minn qoxra sa qoxra u togħxa bid-daħq.
Hardback
Reviews
There are no reviews yet.