Description
MID-DINJA TA’ LULU U WIĠI
Lulu u Wiġi huma żewġ pandini tassew ħelwin! Fejn jgħixu dawn l-annimali? X’jista’ jiġrilhom fil ħajja ta’ kuljum? Ħajjithom hija dejjem sigura? Inti x’tista’ tagħmel biex tgħinhom?
LULU, WIĠI U L-PIRATI
Din id-darba Lulu u Wiġi se joħduna magħhom fuq avventura mhux mistennija! Fejn se joħduna? X’qanqlilhom il-kurżità? X’se niskopru flimkien magħhom? Għal xiex kienu beżgħana? Min salvahom? Fil-ħajja nirrealizzaw kemm ilkoll kemm aħna għandna bżonn lil xulxin.