A Commentary on the Constitution of Malta

Il-ktieb ‘A Commentary on the Constitution of Malta’ miktub minn Tonio Borg hu l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu fejn l-awtur jagħmel analiżi ta’ kull artiklu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

 

It-tnedija saret fis-Sala tat-Tron fit-18 ta’ Ottubru 2016 f’attivita’ preseduta mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li f’diskors li għamlet qalet li dan il-ktieb għandu valur li jispjega minn x’hiex għadda pajjiżna fl-iżvilupp kostituzzjonali tiegħu. Hi qalet li hu tajjeb li pajjiżna jagħmel diskussjoni dwar fejn irridu mmorru u l-pass kostituzzjonali li jmiss.

 

L-Imħallef Giovanni Bonello u l-Professur Kevin Aquilina f’diskorsi li għamlu faħħru l-impenn li daħal għalih Tonio Borg b’dan il-ktieb fejn għamel riċerka u analiżi tal-Kostituzzjoni u l-każijiet importanti li ġew deċiżi mill-Qrati Maltin u l-qrati barranin fosthom il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

 

L-Imħallef Giovanni Bonello qal li Tonio Borg għamel biċċa xogħol li tpoġġih fl-istess livelli ta’ awturi barranin. Il-Professur Kevin Aquilina qal li Tonio Borg għażel stil li hu totalment differenti minn awturi oħra li wkoll kitbu dwar il-Kostituzzjoni ta’ Malta u għalhekk dan il-ktieb hu uniku u jikkuplimenta oħrajn li ħarġu qablu. Barraminhekk Tonio Borg minħabba l-karigi politiċi li kellu qed iġib miegħu f’dan il-ktieb perspettivi ġodda li hu kien fil-qalba tad-diskussjonijiet tagħhom. Il-ktieb jinkludi ġurisprudenza u każistika b’analiżi tal-awtur.

 

Dan hu t-tielet ktieb li Kite Group qiegħed jippubblika ta’ Dr Tonio Borg.

 

COnst 5

COnst 6

const

const2

const3

Aktar Ritratti