Shop

Nidħqu bina nfusna – Politika bi tbissima

25.00

SKU: SKU009 Category:

Description

 

Tonio Borg għandu l-kapacita’ li jirrakonta bl-aktar mod serju u jifqa’ lil kulħadd bid-daħq.

 

Tul is-snin irrankonta aneddoti politiċi fil-kurituri tal-Parlament, waqt laqgħat u mumenti ta’ tensjoni … u issa qed jaqsamhom miegħek permezz tal-ktieb “Nidħqu Bina Nfusna – Politika bi Tbissima”.

 

Dan hu l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu fejn politiku – Tonio Borg – jirrakonta inċidenti u ġrajjiet li sehhew tassew.  Jirrakonta ż-żelqiet, sitwazzjoni imbarrazanti u skomdi tal-politiċi, li ħafna drabi jiddejqu jirrepetuhom … ħadd ma jeħlisha:  minn Dom Mintoff u Lawrence Gonzi bix-xwabel u t-twapet li ġabu miċ-Ċili għat-Tabib Eddie Fenech Adami, mis-superstizzjonijiet ta’ Ġorġ Borg Olivier għal qdusija ta’ Joseph u Simon, mill-waqgħat minn fuq il-palk għal-loverbirds fuq l-irjus, mis-sejħa ta’ anzjana li waqgħet mis-sodda f’nofs ta’ lejl u ċemplet lid-deputat tad-distrett għat-tindif tad-dentaturi mill-kandidat li ried iqaxxar kull vot, mis-segretarju parlamentari li ta business card bir-ritratt tiegħu u votanta anzjana ħasbet li kien qed iqassam santi tal-mejtin għal kandidat li daħal f’burdell.  Kollha jissemmew b’isimhom u kunjomhom!

 

Ħafna politiċi jaħsbu li kulħadd jafhom u li kulħadd jitkellem dwarhom.  Imma mhux il-kas.  Kien hemm deputat li ħasbuh il-parker ta’ Pjazza San Ġorġ, ieħor ħasbuh xufier u ieħor ħasbuh il-Father li jidher fuq it-television!  X’jonqos?  F’idejk biex taqra l-aneddoti minn qoxra sa qoxra u togħxa bid-daħq.

 

Aktar minn 100 aneddotu

30 illustrazzjoni ta’ politiċi miż-żewġ naħat tal-kamra!

Awtur: Tonio Borg

Illustratur: Mark Schembri

Additional information

Weight .800 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Nidħqu bina nfusna – Politika bi tbissima”

Your email address will not be published. Required fields are marked *