Shop

Nismagħhom jgħidu

12.95

Category:

Description

Awtur: Joe Friggieri

Mill-pinna prolifika ta’ Joe Friggieri joħorġu dawn l-għoxrin novella, mibnija fuq firxa wiesgħa ta’ karattri u ambjenti, li jżommuk fuq ix-xwiek sal-aħħar u jibqgħu f’moħħok għal żmien twil wara li taqrahom. Huma stejjer ta’ awtur li jaf u jieħu gost jirrakkonta, u li jibqa’ jissorprendi lil dawk li huma midħla tax-xogħlijiet tiegħu.

“Magħruf sew għal żewġ ġabriet ta’ novelli li ħareġ fl-imgħoddi, il-popolari Stejjer tar-Ronnie u l-brillanti Ħrejjef għal Żmienna, Joe Friggieri issa jippreżentalna ġabra oħra ta’ stejjer miktubin bi stili differenti. Uħud minnhom juruna kif jaf jittratta b’mod divertenti ideat li ħaseb u kiteb fuqhom bħala kittieb serju… Ħafna mill-karattri l-aktar interessanti li jesplora Friggieri huma nisa, uħud minnhom ibatu mit-tirannija u l-għira tal-irġiel, u oħrajn li jużaw l-intelliġenza, il-misteru tagħhom u l-qawwa ta’ sbuħithom kontrihom… Forsi l-aktar novella qawwija hi dik fejn awtur liberali f’pajjiż tiranniku jipprova jiddefendi ruħu mill-akkużi li fizzjal tal-pulizija sarkastiku u bla ħniena jisparalu waħda wara l-oħra. L-azzjoni hawn hi fid-djalogu ħaj li jfakkar lill-qarrej fid-drammi u l-kummiedji li Friggieri kiteb b’suċċess għall-palk Malti.”

Paul Xuereb

Dan il-ktieb ta’ novelli mhux parti mis-sensiela “Nismagħhem jgħidu…Snajja’, Għajdut u Karattri mill-Ħajja Maltija” ta’ Paul P. Borg

Additional information

Weight 0.300 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Nismagħhom jgħidu”

Your email address will not be published. Required fields are marked *