Shop

Ġrejjef, ġrajjiet bħall-ħrejjef, Laurence Mizzi

12.00

“F’dawn il-ġrejjef niltaqgħu ma’ Laurence Mizzi ċ-ċajtier, in-nebbiexi, l-imqareb… imma fuq kollox: il-ġentlom!  Dawn ir-rakkonti juruna li taħt il-qoxra ta’ raġel anzjan għad hemm tfajjel ibaqbaq bil-ħajja, jaqbeż bl-imqarbizza u li jaf kif iħares lejn il-mera u jidħak. U jekk tabilħaqq nixtiequ nibqgħu nħossuna żgħar jeħtieġ li nibqgħu nilagħbu ma’ dan it-tfajjel ta’ ġo fina u nsostnuh.” – Trevor Zahra

Description

Ġrejjef, ġrajjiet bħall-ħrejjef huwa ġabra ta’ inċidenti jew ġrajjiet li Laurence Mizzi esperjenza tul iż-żmien. Għalkemm ġraw tabilħaqq uħud minn dawn l-esperjenzi, “ftit minn kollox u tista’ tgħid fuq kollox” għandhom aktar mill-ħrejjef. Minn hawn ħarġet l-idea tal-awtur li joħloq l-isem ta’ Ġrejjef bejn ġrajjiet u
ħrejjef.

 

“Ix-xewqa tiegħi” jistqarr l-awtur “hija biss li noħloq tbissima jiena u naqsam magħkom ftit episodji leġġeri mill-ħafna tifkiriet li għandi tal-ħajja bis-sabiħ u l-ikrah li jgħaddi minnhom kulħadd.”

 

Issa hu l-waqt li inti taqbad dan il-ktieb u titbissem b’dawn il-Ġrejjef.

 

 

Paġni: 88

Qies: 245 x 168mm

Data tal-pubblikazzjoni: Novembru 2020

Additional information

Weight 1 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Ġrejjef, ġrajjiet bħall-ħrejjef, Laurence Mizzi”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.