Description
‘Żelqiet Sportivi u Ċajt ieħor’. Kitba ta’ Mario Pisani. Illustrazzjonijiet ta’ Mark Schembri
Aktar minn 160 żelqa, ċajta, praspura u kummiedja li għamlu players tal-football, coaches, atleti, uffiċjali tal-MFA, Presidenti ta’ clubs u ġurnalisti. F’dan il-ktieb diversi players tal-Premier jirrakuntaw il-praspar li għamlu lil xulxin fid-dressing room, waqt it-taħriġ, fil-kmamar u fil-lobby tal-lukandi fejn kienu u fi triqithom huma u sejrin għal xi logħba kompetittiva.
F’dan il-ktieb ssiru tafu min huma l-aktar players imqarbin u kummidjanti fit-team nazzjonali. Jekk trid tkun taf min jiċċajta l-aktar goff, dan il-ktieb jaqtalek il-kurżita’.
X’jiġrilek jekk tilbes l-istuds ħażin u toħroġ tilgħab fil-ground? X’ġara minnhom l-arloġġ, it-television u l-fire extinguishers tal-lukandi fejn kienu l-players? Għaliex kien hemm players Maltin li ġew arrestati meta kienu barra minn Malta? Kemm-il multa kien hemm min ħallas tal-praspura li għamel? Timmaġina li tispiċċa b’id ta’ ħaddieħor fil-basket ta’ xirja ikel għal players? X’tagħmel jekk jgħidulek li l-President tal-Club għandu sieq tal-injam? Dawn u ħafna aktar inisslulek tbissima. U bilħaqq tgħidx li tkun qed toħroġ ma’ xi ħadd lil xi player għaliex tispiċċa vittma!
Dan il-ktieb jinkludi 30 illustrazzjoni ta’ players, coaches u uffiċjali ta’ clubs Maltin. Illustrazzjonijiet li viżwalment jirrakuntaw iċ-ċajt u l-praspar li saru mill-players.
‘Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor’ jinxtara għal prezz ta’ €25. Tista’ tgawdi minn offerta ta’ 3 kotba u tiffranka sa €15. Aktar dettalji: https://www.kitegroup.com.mt/product/offerta-specjali-kotba-umoristici/
Reviews
There are no reviews yet.