Category:

L-Istorja ta’ Isard du Pont, Kenneth Vella

19.00 starting from

Isard du Pont jibqa’ ż-żiemel simbolu tal-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta. Iż-żiemel li għolla dan l-isport fuq livell nazzjonali u li għamlu magħruf anki ma’ dawk li ma kinux dilettanti ta’ din id-dixxiplina sportiva. Minn żiemel imwarrab f’pajjiżu, Franza, f’temp ta’ ftit snin sar l-idolu ta’ ħafna Maltin. Għamel dak li qablu ħadd ma kien irnexxielu jagħmel. 

  • Author:Kenneth Vella
  • Format:-
  • Pages:196
  • Year:-
  • ISBN:-
  • Dimensions:-
  • Social Share:

Description

Isard du Pont jibqa’ ż-żiemel simbolu tal-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta. Iż-żiemel li għolla dan l-isport fuq livell nazzjonali u li għamlu magħruf anki ma’ dawk li ma kinux dilettanti ta’ din id-dixxiplina sportiva. Minn żiemel imwarrab f’pajjiżu, Franza, f’temp ta’ ftit snin sar l-idolu ta’ ħafna Maltin. Għamel dak li qablu ħadd ma kien irnexxielu jagħmel. 

 
Isard kien veloċi, kellu ġirja u mixja li ssaħħrek. U n-nies kienu jfittxuh bl-eluf, kemm waqt it-taħriġ kif ukoll waqt it-tiġrijiet. 
 
Il-karriera ta’ Isard du Pont hi minsuġa wkoll mal-istorja ta’ ħafna personalitajiet li b’xi mod jew ieħor missew miegħu matul is-snin: is-sidien tiegħu, is-sewwieqa tiegħu u l-assistenti tagħhom. Hija wkoll l-istorja ta’ individwi li fih raw sens ta’ ispirazzjoni biex jilħqu l-milja f’ħajjithom.
 
Dan il-ktieb, miktub minn Kenneth Vella, edukatur, ġurnalist sportiv u kummentatur tat-tiġrijiet taż-żwiemel, jiġbor l-istorja kollha ta’ Isard du Pont minn Franza sa Malta. 
 
L-Istorja ta’ Isard du Pont b’analiżi, statistika, kummenti u intervisti ma’ persuni li b’xi mod jew ieħor ħadu hsieb lil Isard, segwewh jew saħansitra ppruvaw jisfidaw il-qawwa tiegħu fil-korsa tal-Marsa.
Data tal-pubblikazzjoni – 23 ta’ Settembru 2016

Additional information

Weight .510 g
Dimensions N/A
Format

Paperback, Hardback

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “L-Istorja ta’ Isard du Pont, Kenneth Vella”

Your email address will not be published.

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

You may also like…