Categories:

It-Tabib Sandy – Il-Bijografija ta’ Dr Alexander Cachia Zammit Miktub minn Sergio Grech

30.00

“Fuq medda ta’ 32 sena u aktar assoċjat mal-politika, Sandy daq u ra minn kollox. Kien żmien meta l-logħba politika kienet tintlagħab, biex ngħid hekk, “aktar bil-goff.” Din il-bijografija titkellem fuq bniedem li seta’ għażel il-ħajja komda u faċli, u l-qligħ tal-flus, imma minflok għażel li jikkontribwixxi għall-ġid tas-soċjetà u biex jgħin lill-fqir u lill-batut.”

George Vella
President ta’ Malta

  • Author:Sergio Grech
  • Format:-
  • Pages:302
  • Year:-
  • ISBN:9789995 750749
  • Dimensions:245 × 168 cm | 1000g
  • Social Share:

Description

L-1955 kienet sena kruċjali għal Malta. Duminku Mintoff kien qed jipproponi l-Integration lill-elettorat Malti. L-1955 kienet ukoll sena kruċjali għal Alexander Cachia Zammit – tabib żagħżugħ ta’ 31 sena miż-Żejtun magħruf ukoll bħala Sandy.

Kien intalab minn Ġorġ Borg Olivier biex jikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Nazzjonalista kif fil-passat kien għamlu z-ziju ta’ missieru Salvatore Cachia Zammit u missieru Alfredo u hekk għamel.

Fl-elezzjoni tal-1962, li saret fi sfond ta’ ġlieda-politiko reliġjuża qalila, it-tabib Cachia Zammit tela’ minn żewġ distretti u bis-saħħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista rebaħ tliet siġġijiet fuq id-distrett taż-Żejtun. Storja li qatt ma reġgħet seħħet.

Borg Olivier irrikonoxxa l-waqt storiku u poġġa lil Sandy Ministru tal-Impjiegi u s-Servizzi Soċjali bl-emigrazzjoni tilgħab logħba ewlenija. Kien l-iżgħar membru fil-Kabinett. Kellu biss 37 sena. Kienu żminijiet meta kien hawn għatx għax-xogħol. Barra minn hekk, kien hemm l-isfida l-kbira tal-Indipendenza.

Għal Sandy, ir-rebħa Laburista tal-1971 fissret ġuri fejn ġie akkużat b’serq ta’ dokumenti governattivi. Kien l-ewwel u l-aħħar każ tax-xorta tiegħu  fl-istorja politika Maltija. X’kienu r-raġunijiet li waslu biex Sandy jgħaddi ġuri? Min mar għandu lejliet il-ġuri? X’rieduh jagħmel?

Din il-bijografija imma ma tħarisx biss lejn il-politiku imma tindirizza aspetti oħrajn f’ħajjet Sandy bħal sehemu fl-Għaqda Mużikali Beland.

Fuq kollox f’din il-bijografija hemm stejjer irrakkuntati u analizzati għall-ewwel darba.

Additional information

Weight 1000 g
Dimensions 245 × 168 cm

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “It-Tabib Sandy – Il-Bijografija ta’ Dr Alexander Cachia Zammit Miktub minn Sergio Grech”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

You may also like…