Description
L-ewwel ktieb
“F’din il-pubblikazzjoni (mgħobbija b’esejs, tagħrif, u taħriġ fuq l-istudju tal-lingwa umana) hawn xogħol li juri esperjenza vasta fit-tagħlim (teaching) tal-Malti. Ix-xogħol ta’ Lingwa fuq Lingwa ta’ Tarċisju Zarb qed jingħata lill-istudenti l-kbar u lill-qarrejja edukati li huma tal-fehma li hemm siwi kbir fl-għarfien tal-lingwa umana. B’dan il-ktieb il-qarrejja jidħlu għal xogħol lingwistiku li jiftħilhom aktar għajnejhom għal dak li mhux tas-soltu fil-lingwa, għall-ġmiel tagħha, u għal dak li tista’ timplika. Minnufih il-qarrejja jifhmu li hemm struttura fil-lingwa li hija l-grammatika tagħha u hemm il-komponenti ħielsa li huma l-vokabularju tagħha.”
Analiżi Kritika minn Charles Briffa
Kontenut tal-ewwel ktieb:
Il‑Komunikazzjoni, il‑Lingwa u l‑Identità Nazzjonali
Il‑Lingwa u l‑Moħħ
Il‑Ħames Funzjonijiet tal‑Lingwa
Il‑Lingwa bħala Medju Uman
Il‑Varjetajiet tal‑Lingwa
Il‑Bilingwiżmu
Is‑Self Lingwistiku
It‑Tiswir u l‑Formazzjoni tal‑Kliem
Il‑Mixja Storika tat‑Tiswir tal‑Lingwa Maltija
Artikli fuq il‑Lingwa Maltija
L‑Elementi Ewlenin tal‑Ilsien Malti
It-tieni ktieb
It-tieni ktieb ta’ Lingwa fuq Lingwa ta’ Tarċisju Zarb jagħti firxa ta’ studju lingwistiku riċerkat, ngħidu aħna dwar l-omonimija, is-semantika, l-istilistika u s-sinonimija, fost l-oħrajn. B’dan il-mod, kemm l-istudenti l-kbar kif ukoll il-qarrejja edukati jista’ jkollhom sors affidabbli u ta’ siwi kbir b’għarfien dwar il-lingwa. Kull studju riċerkat f’dan il-ktieb hu illustrat b’diversi eżempji biex ipoġġi t-teorija fil-prattika. L-għarfien lingwistiku, f’dan il-ktieb, ma jibqax biss iffukat fuq il-lingwa Maltija, imma l-eżempji mill-ilsien Malti jiġu pparagunati ma’ eżempji minn ilsna oħrajn, bis-saħħa ta’ studji komparattivi.
Kontentut tat-tieni ktieb:
Il-Morfoloġija u s-Sintassi
Il-Morfema Żero
L-Isqalli u l-Malti
Affissazzjoni Latina u Griega fil-Malti
Is-Sintassi
Tipi ta’ Struttura ta’ Sentenza
Tempijiet Komposti u Verbi Awżiljarji
Il-Punteġġjatura u s-Sentenza
Bank il-Għerf (Tagħrif Grammatikali)
Il-Kliem Kompost
Eżempji ta’ Sinonimi
Il-Kuntrarji (l-Antonimi)
L-Allomorfija fil-Malti
Il-Morfoloġija Rumanza
L-Integrazzjoni
L-Integrazzjoni tal-Għarbi, l-Isqalli, it-Taljan, l-Ingliż.
Il-Malti Lsien Imħallat
Kliem Missellef u Kalki
Is-Semantika fil-Lingwa Maltija
L-Istilistika
Il-Kliem Jinbidel
L-Omonimi
Tibdil Lessikali
Il-Metafora Kunċettwali u l-Metonimija
It-tielet ktieb
Lingwa fuq Lingwa 3 huwa tkomplija taż-żewġ kotba ta’ qablu, bi studji intensivi, komparattivi u riċerkati dwar ix-xjenza tal-lingwa, b’mod partikolari dwar il-Malti f’relazzjoni ma’ ilsna oħrajn. Abbażi ta’ dawn l-istudji, wieħed jista’ jsib għadd ta’ mistoqsijiet li jistgħu jintużaw għall-istudju lingwistiku mill-istudenti tal-Malti. F’dan il-ktieb insibu wkoll diversi eżempji ta’ qwiel u idjomi bil Malti li jiġu tradotti għal diversi ilsna fosthom għat-Taljan, l-Ingliż u l-Għarbi. Apparti minn hekk, il-qarrejja u r-riċerkaturi jistgħu jirreferu wkoll għall-grammatika Maltija, fi ħdan dan il-ktieb, fejn jiġu spjegati l-kategoriji grammatikali b’mod dettaljat u jingħataw għadd ta’ eżempji.
Kontentut tat-tielet ktieb:
L-Iperonimi u l-Iponimi
Il-Polisemija
Il-Metafora
Il-Metonimija
Il-Metonimija u s-Sineddokija
Is-Semantika
Is-Semantika – l-istudju tal-mod kif il-kelma tbiddel lewnha,
suritha u xbihetha
Lingwa u Letteratura
Lingwa f’Kuntatt
Maltilingua / Malteselingua / مالطي Lingua
Il-Grammatika tal-Malti għall-Istudenti
Il-Lingwistika Maltija: Nota Ġenerali
The Scribe’s Approach
Lingwistika: Mistoqsijiet Livell A
Mistoqsijiet fuq il-Lingwistika fil-Livell Intermedju