Book signing mill-President George Abela

Il-President ta’ Malta George Abela se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-pubbliku u jiffirma l-kotba ‘George Abela, Qalb in-Nies’ fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

 

Is-Sibt 29 ta’ Marzu, il-President se jkun qiegħed jiffirma l-ktieb fil-Palazz ta’ San Anton bejn l-10.00am u s-1.00pm filwaqt li s-Sibt wara nofsinhar se jkun qiegħed il-Banca Giuratale r-Rabat Għawdex bejn l-4.30pm u s-7.00pm.

 

Il-Ħadd 30 ta’ Marzu se jkun qiegħed isellem lill-pubbliku waqt open day li se ssir fil-Palazz Verdala. Il-President se jkun qiegħed jiffirma wkoll il-kotba matul il-gurnata.

 

Il-ktieb jista’ jigi ordnat minn issa minn fuq www.kitegroup.com.mt u min jordna l-ktieb bl-offerta ta’ qabel il-pubblikazzjoni jkun jista’ jigbor ukoll il-ktieb waqt wahda minn dawn il-Book Signing sessions li se jsiru f’Malta u f’Għawdex.

 

Min irid jista’ jagħżel li jixtri l-ktieb ukoll waqt il-ġranet fejn il-President se jkun qiegħed isellem lill-pubbliku fi tmiem il-Presidenza tiegħu li tintemm fl-4 ta’ April.