Jibda l-istampar tal-ktieb ‘George Abela – Qalb in-nies’

L-Erbgħa 26 ta’ Marzu, il-President ta’ Malta George Abela żar l-istamperija Print It fejn segwa l-istampar tal-bijografija tiegħu George Abela, Qalb in-Nies.  Il-ktieb hu pubblikazzjoni ta’ Kite Group u ġie stampat f’edizzjoni hardback u paperback.  Il-bijografija hi miktuba minn Andrew Azzopardi, filwaqt li fil-ktieb hemm ukoll 16-il paper li jkopru l-ħajja ta’ George Abela minn aspetti differenti:
1 George Abela ta’ żminijiet oħra, wild belt Pinto L-isqof George Frendo
2 Trabbejt ma’ “hija” George Lino Spiteri
3 Mix-Xatt ghall-Awla Imhallef JR Micallef
4 Id-determinazzjoni li nimxu ‘l quddiem Pippo Psaila
5 Is-Sinsla tal-pajjiz:  il-haddiem Jack Calamatta
6 Il-punt ta’ principju Karmenu Vella & Natalino Fenech
7 Popolari jew populista? Laurence Grech
8 Jehfief it-toqol waqt it-tbatija Anton Grech
9 B’sahhti bis-sahha taghkom Brenda Schembri
10 Il-volontarjat – rikonoxximent lejn nies li jħallu impatt Mons Karm Farrugia
11 F’isem il-poplu jilqa’ lill-Papa Benedittu XVI Mons Charles Cordina
12 Il-President, promotur tal-politika barranija tal-pajjiż Tonio Borg
13 Il-media:  Il-President Abela fil-gwarniċ Fr Joe Borg
14 Restawr ta’ ikoni tal-identita’ Maltija Anthony Pace
15 Il-Presidenza fil-Kostituzzjoni ta’ Malta Prof Ian Refalo
16 L-Indipendenza u l-Presidenti Maltin – esperjenza sabiha ta’ 50 sena Prof Oliver Friggieri

CLF_2778-w640 CLF_2881-w640 CLF_3003-w640