L-Istorja ta’ Gwanni Pawlu II ghat-tfal – pubblikazzjoni gdida

Il-ktieb L-istorja ta’ Ġwanni Pawlu II hi pubblikazzjoni oħra ta’ Kite Group.  Il-ktieb għat-tfal inkiteb minn Frank Zammit u ġie adattat għat-tfal minn Rita Saliba.  B’45 illustrazzjoni oriġinali, f’dan il-ktieb hemm irrakuntata l-ħajja ta’ Karol Wojtyla mit-twelid tiegħu sal-mirkali li saru bl-interċessjoni tiegħu.  Il-ktieb jinkludi diversi esperjenzi li nkitbu apposta għall-qarrejja tal-ktieb minn Kardinali u Isqfijiet li ħadmu viċin tal-Papa Ġwanni Pawlu II.  Fit-28 ta’ Marzu, l-Isqof Awżiljarju Mons Charles Scicluna ġie mistieden minn Kite Group biex iżur l-istampar tal-ktieb.  Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll Trevor Zahra li ta parir dwar il-ktieb.

CLF_3201-w640 CLF_3316-w640 CLF_3364-w640 CLF_3392-w640 CLF_3393-w640