Il-President Abela iltaqa’ mal-pubbliku fi tmiem il-Presidenza

Il-President George Abela iltaqa’ u sellem lill-pubbliku fi tmiem il-Presidenza, f’Sant’Anton, fil-Banca Giuratale, Victoria Għawdex u fil-Palazz Verdala.  Hu iffirma l-ktieb George Abela, Qalb in-Nies.  Fil-ktieb f’ismu u f’isem Margaret kiteb li dawn il-ħames snin “Kienet esperjenza mimlija sfidi iżda waħda unika, pożittiva u mill-isbaħ, li tatna sodisfazzjon. Offritilna opportunitajiet li niltaqgħu ma’ ħafna nies u f’ambjenti differenti.  Dawn huma memorji li mhu se ninsewhom qatt u se nżommuhom f’moħħna u f’qalbna tul ħajjitna kollha. Ta’ dan kollu rridu l-ewwel nett nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek li ggwidana tul dawn il-ħames snin biex stajna nagħmlu xi ftit tad-differenza fil-ħajja tan-nies. Irridu ngħidu grazzi kbira lill-poplu Malti u Għawdxi li bi ħġaru u tista’ tgħid mill-ewwel ġurnata sal-aħħar appoġġjana bil-kbir f’kull attività li organizzajna u kull fejn morna.”
PER_2584 em - Copy - Copy - Copy-w640

 PER_2592 em - Copy - Copy-w640 PER_2599 em-w640 PER_2617 em (1)-w640 PER_2671 em-w640