Blog

Kotba ta’ Kite Group fost il-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Finalisti
Żewġ kotba ppubblikati minn Kite Group ġew magħżula fost il-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Ir-rumanz “Iż-żejt f’qiegħ l-ilma” miktub minn Martin Bugelli għadda għall-finali fil-kategorija ‘Rumanzi’, filwaqt li l-ktieb “Antonio Sciortino, The Lost Album” hu wieħed mill-finalisti fil-kategorija ‘Riċerkta ta’ Natura Ġenerali’.  Antonio Sciortino, The Lost Album hu miktub minn Gerald Bugeja. Fil-ktieb ġiet ippubblikata wkoll riċerka li saret dwar Sciortino mill-Imħallef Giovanni Bonello, Dr Sandro Debono u Dr Theresa Vella. L-editur hu Prof George Cassar.
Fi stqarrija li fiha tħabbru l-finalisti kollha, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qal li “t-titli jistgħu jitqiesu ta’ kwalità għolja”. Il-Kunsill ikkumenta wkoll li “sorpriża sabiħa għal din is-sena kien in-numru mhux żgħir ta’ ismijiet ġodda li jidhru qalb il-finalisti”.
Il-ktieb “Iż-żejt f’qiegħ l-ilma” hu l-ewwel ktieb ta’ Martin Bugelli, filwaqt li “Antonio Sciortino, The Lost Album” hu l-ewwel ktieb ta’ riċerka miktub minn Gerald Bugeja.
Kite Group jifraħ u jirringazzja lil Martin Bugelli. Bl-istess mod jifraħ lil Gerald Bugeja u lir-riċerkaturi li kkontribwixxew fil-ktieb Antonio Sciortino, The Lost Album.
Kite Group jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li jagħtu appoġġ lill-awturi, pubblikaturi, u lil min b’xi mod jew ieħor hu involut fil-produzzjoni tal-kotba u l-aċċessibilita’ għalihom.
Kite Group jirringazzja wkoll lill-qarrejja tas-sostenn tagħhom.

 

No Comment

Post A Comment