Category:

Jgħaddi maħrub it-tren, Joe Friggieri

10.00

“Il-poeżija ta’ Joe Friggieri hija fjura ċkejkna qalb il-kaos; flawt qalb il-ħornijiet u t-trakkijiet li kif tisimgħu tkun lest li titlaq kollox, tniżżel l-armi jekk hemm bżonn, u tistrieħ għall-ħoss mieles. Ir Romantiċiżmu tiegħu huwa antidotu għall-kaos u d-diżastru.”

Immanuel Mifsud

  • Author:Joe Friggieri
  • Format:Qoxra ratba
  • Pages:102
  • Year:2024
  • ISBN:978-9918-231683
  • Dimensions:20 × 13 cm | 140g
  • Social Share:

Description

Din il-ġabra ġdida ta’ poeżiji ta’ Joe Friggieri tqanqal ħsibijiet dwar l-istess temi li nsibu fit-tliet ġabriet li ħarġu qabilha, Intervalli (1991), Kadenzi (1992) u Sekwenzi (2022) – jiġifieri l-imħabba, l ambjent, iż-żmien, il-memorja, u l-poeżija nfisha. Din il-kontinwità tidher ukoll f ’dawk l-aspetti stilistiċi li l-kummentaturi kollha qablu dwarhom – ir-reqqa fl-użu tal-kliem, il-mużikalità tal-vers, u l-espressjoni armonjuża tal-ħsieb permezz ta’ xbihat li jibqgħu jimirħu fl-immaġinazzjoni tal-qarrej
ħafna wara li jiltaqa’ magħhom għall-ewwel darba.

Additional information

Weight 140 g
Dimensions 20 × 13 cm

You may also like…