Description
Din il-ġabra ġdida ta’ poeżiji ta’ Joe Friggieri tqanqal ħsibijiet dwar l-istess temi li nsibu fiż-żewġ ġabriet li ħarġu qabilha, Intervalli (1991) u Kadenzi (1992) – jiġifieri l-imħabba, l-ambjent, iż-żmien, il-memorja, u l-poeżija nfisha. Din il-kontinwità tidher ukoll f ’dawk l-aspetti stilistiċi li l-kummentaturi kollha qablu dwarhom – ir-reqqa fl-użu tal-kliem, il-mużikalità tal-vers, u l-espressjoni armonjuża tal-ħsieb permezz ta’ xbihat li jibqgħu jimirħu fl-immaġinazzjoni tal-qarrej ħafna wara li jiltaqa’ magħhom għall-ewwel darba.