Category:

Vinċens Ciappara, Leħen il-Muża. Edituri: Lino Bianco & Alessandra Bianco

20.00

“Il-poeżiji ta’ Vinċens Ciappara jinbtu mis-sentiment ġenwin tal-imħabba maqsum fi tliet fergħat: poeżija devozzjonali skont it-twemmin reliġjuż Kattoliku b’xi riflessjonijiet fuq kunċetti astratti bħar-ruħ, il-mewt u s-safa; poeżija patrijottika msoqqija mill-ġmiel u l-istorja ta’ Malta, inkluż il-miti tagħha; u poeżija tal-okkażjoni marbuta l-aktar mal-ħajja li ddur mal-bażilika ta’ Santa Liena, Birkirkara, b’lista ta’ kanoniċi u monsinjuri, flimkien ma’ mumenti ta’ ferħ u għaqda fil-komunità li jġibu festi bħal tal-patruna u l-Milied. F’dawn il-poeżiji Ciappara juri tama fil-kelma letterarja li tfakkar u tfaħħar mod ta’ għajxien qabel ma dan iddakkar minn ħajja sekularizzata.”

 

Terence Portelli, Universita’ ta’ Malta

  • Author:Vinċens Ciappara
  • Format:Paperback
  • Pages:328
  • Year:2024
  • ISBN:978-9918-23-146-1
  • Dimensions:210 × 148 cm | 400g
  • Social Share:

Description

“Il-Kanonku Kantur Vinċens Ciappara (1917-1991), jew kif kien magħruf Dun Vinċens, kiteb poeżiji letterarji u oħrajn populari marbutin ma’ xejriet reliġjużi u parrokkjali. Xi wħud minnhom huma poeżiji tal-okkażjoni, u għandu oħrajn b’xeħtiet awtobijografiċi. Dan ifisser li nsibu tifkiriet, tiġrib, u stejjer li jgħinuh ifittex lilu nnifsu.

Il-bażi tal-filosofija tiegħu hija t-tir li jressaq quddiemna kontenut intellettwali tal-Kattoliċiżmu. U f’dan il-kuntest, l-immaġinazzjoni tiegħu nifhmuha bħala enerġija li biha joħloq lingwa li timita r-rappreżentazzjonijiet interni tiegħu. Il-qarrejja għandhom isibu din il-ġabra ta’ sodisfazzjon biex jgħaddu minn suġġett għal ieħor u wkoll biex joqogħdu jixtarru u jitħassbu fuq il-qofol tat-temi.”

Prof Charles Briffa

Additional information

Weight 400 g
Dimensions 210 × 148 cm

You may also like…