Categories:

Pawlu Cremona, Ħejju t-Triq għall-Mulej

20.00 25.00

Mons. Pawlu Cremona ried li jaqsam il-ħajja u t-tifkiriet tiegħu permezz ta’ konverżazzjonijiet. Awtobijografija b’differenza.  Dott Kenneth Vella ltaqa’ b’mod regolari ma’ Mons Cremona.

  • Author:Kenneth Vella
  • Format:Qoxra ratba
  • Pages:176 u 32 paġna bil-kulur
  • Year:2025
  • ISBN:-
  • Dimensions:245 × 168 cm | 350g
  • Social Share:

Description

“Kif ħriġt fil-kjostru, rajt żewġ saċerdoti jitkellmu wara l-bieb ta’ barra. Wieħed minnhom sejjaħli. Kien Dun Karm Cefai. Kif wasalt ħdejhom qalli: “Dan hu n-Nunzju.” U lin-Nunzju qallu, “Dan hu s-saċerdot li kont qed tfittex.” Wara li għamilna xi ftit minuti nitkellmu, in-Nunzju qalli: “Għada fis-sitta ta’ filgħaxija rridek tiġi għandi.” Jien weġibtu, “Issa nara x’għandi!” Qalli, “Għandek x’għandek, għada fis sitta ta’ filgħaxija trid tkun għandi.”

 

Hekk għamilt. Mort in-nunzjatura u hemm sibtu jistennieni. Kif bdejna nitkellmu qalli xott xott, “Il-Papa għażlek bħala l-Arċisqof ta’ Malta.” Inħsadt. Għidtlu, “Għall inqas agħtini ġurnata, tnejn, ħa naħsibha u nitkellem ma’ xi ħadd!” Ħares lejja u qalli, “U jekk hu l-Papa li qed jgħidhielek, mhux iva se tgħidlu?” Dak il-ħin ġo qalbi ħassejt li kelli nobdi. Rabatni li ma nitkellem xejn dwar din il-ħatra sa ma l-għada titħabbar uffiċjalment waqt konferenza tal-aħbarijiet.”

Additional information

Weight 350 g
Dimensions 245 × 168 cm

You may also like…