Shop

Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti, Ron Briffa

25.00

Kotba f’din is-sensiela:

 

Xenati u minn fuq il-Palk, Ċajt minn wara l-Kwinti

Ċajt mis-Sagristija u Bawxati oħra

Ċajt ta’ Klassi u Battuti oħra

Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor

Ġustizzja bi Tbissima, Stejjer Umoristiċi

Praspar mill-Klinika, Doża ta’ Daħq 

Iċ-Ċirasa, Praspar u Avventuri

Nidħqu Bina Nfusna, Politika bi Tbissima

Categories: ,

Description

Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti jlaqqgħek ma’ atturi u persuni oħra li ħadmu fuq il-palk jew fit-teatru. Dan il-ktieb fih minjiera ta’ ċajt, praspar u avventuri li għamlu jew saru fuq atturi veterani u oħrajn ġodda. Taħlita ta’ inċidenti li ġraw fuq il-palk, wara l-palk, fit-teatru jew waqt recordings għal teledrammi. Uħud minnhom ġraw meta t-television kien għadu jxandar black and white jew meta kien għadu jintuża l-istadium tal-Gżira! U għalhekk se taqra dwar Vitorin Galea, Charles Thake, Charles Clews, Francis Ebejer, Gemma Portelli, Johnny Navarro, George Portelli, Josie Coppini, Karmen Azzopardi u tant oħrajn bħal Mary Rose Mallia, Mario Micallef, Sean Buhagiar, Frida Cauchi, Manwel Cassar, Hector Bruno, Alan Montanaro …

 

F’dan il-ktieb Ron Briffa ġabar aneddoti umoristiċi li bħal donnhom dejjem kienu l-akbar sigrieti tal-atturi – jirrakkuntawhom lil xulxin imma mhux fil-pubbliku. Iżda issa anki inti tista’ taqra u tiddeverti b’dak li kien jiġi mistur jew maħżun biss fil-memorja tal-atturi. Dawn ħabbtu wiċċhom ma’ incidenti, kien hemm fejn żelqu, fejn issawtu f ’xeni tal-passjoni, fejn żerżqu kliem li ma kienx fl-iskript u allura kien hemm min kellu jivvinta …

 

L-atturi daħqu bejniethom, issa l-mument li tidħaq inti wkoll b’dak li se taqra.

 

 

Illustrazzjonijiet: Mark Schembri

 

 

Qies: 245 x 168mm

Hardback

Data tal-Pubblikazzjoni: 15 Novembru 2020

Additional information

Weight 2 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti, Ron Briffa”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.