Description
Mhux faċli tassoċja tbissima jew daħqa ma’ tabib, professur, spiżjar jew dentist. Normalment persuni b’din il-professjoni iktar nassoċjawhom ma’ xi ħarsa biċ-ċiera, ta’ tħassib, ta’ dubji, ta’ preokkupazzjoni. Ma’ xi tikmixa tax-xufftejn. Ma’ wiċċ laskri, biex ma noqogħdux induru mal-lewża!
Imma mhux f’dan il-ktieb. Hekk kif tibdew tqallbu l-paġni, se tintebħu mill-ewwel li dan il-ktieb se jwasslilkom in-naħa l-oħra ta’ dawn il-professjonisti, l-element umoristiku tagħhom, aneddoti li għaddew minnhom u li ġabulhom tbissima u li issa din it-tbissima, jew kultant anki daħqa kbira, se tgħaddi għand il-qarrej. Għax iva, it-tbissima tittieħed.
U kif tista’ ma titbissimx meta taqra li tabib magħruf mar iħabbat il-bieb u fixkluh ma’ technician tal-washing machines? Jew ma’ tabib li ġabruh mit-triq il-pulizija għax ħasbuh pazjent li għadu kemm ħarab minn Monte Karmeli? U meta fil-kamra mortwarja l-katavru jqum u jaħsad lil kulħadd? U kemm stejjer dwar x’jista’ jagħmel pazjent bis-suppożitorju… U possibbli… anki fuq is-siġġu tad-dentist tista’ tidħaq?!
L-ebda tabib jew professur ma jista’ jagħtik garanzija li l-mediċina li jiktiblek se tfejqek żgur. Imma dan il-ktieb qed jagħtik il-garanzija li l-istejjer miktubin fih se jdaħħquk. Issa tara!
Reviews
There are no reviews yet.