Category:

Cajt mis-Sagristija u bawxati oħra, Josianne Camilleri. Illustrazzjonijiet Mark Schembri

25.00

STAMPAT MILL-ĠDID:  Cajt mis-Sagristija u bawxati oħra.

Tista’ tixtri 3 kotba u tgawdi minn offerta speċjali: agħfas hawn: https://www.kitegroup.com.mt/product/offerta-specjali-3-kotba-umoristici-inkluz-l-aktar-ktieb-ricenti/?preview_id=4538&preview_nonce=d2e1afd566&_thumbnail_id=5334&preview=true

  • Author:Josianne Camilleri
  • Format:-
  • Pages:176
  • Year:-
  • ISBN:9 789995 750268
  • Dimensions:245 × 168 cm | 900g
  • Social Share:

Description

Ċajt mis-Sagristija u bawxati oħra hu ġabra ta’ praspar, inċidenti u bawxati b’laqta reliġjuża li ġraw fost l-oħrajn lil isqfijiet, monsinjuri, saċerdoti, qassisin, sorijiet u reliġjużi oħra. Il-bawxati seħħew fil-knejjes, waqt il-quddies, fit-tberik, fil-qrar, f’xi sala tat-tieġ jew festin… Insomma f’kull rokna fejn rifsu r-reliġjużi Maltin, inkluż fil-Vatikan u l-missjoni.

L-Arċisqof iħallihielhom lixxa meta jwaqqfuh biex jagħtuh ċitazzjoni? Min kien il-voluntier li kellu jimbotta lill-Arċisqof Charles Scicluna biex ikompli tiela’ telgħa wieqfa fuq il-mutur? Iż-żelqiet fuq l-artal u taħt l-ambone ma jonqsux – l-Isqof Mario Grech dabbarha wkoll. Kif ġara l-inċident?

Kien hemm Isqof li waqagħlu l-qalziet, qassis ieħor li rema l-qalziet mit-tieqa ’l barra. It-tnejn spiċċaw għall-frisk. F’dan il-ktieb issir taf aktar dwarhom, min huma, x’għamlu u x’għamlulhom!

Qatt immaġinajt min jista’ jżomm iċ-ċrieket tal-għarajjes waqt il-quddiesa taż-żwieġ minbarra l-pageboy, il-bestman jew l-għarajjes? Il-qassisin iħabbtu wiċċhom ma’ kull talba u mistoqsija.

Il-Kardinal Prospero Grech jaqsam mal-qarrejja, ċajt li jingħad fil-Vatikan dwar is-sorijiet, il-qaddisin… u tant oħrajn.

F’dan il-ktieb se taqra dak li qatt ma smajt fil-knejjes!

 

 

Additional information

Weight 900 g
Dimensions 245 × 168 cm

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Cajt mis-Sagristija u bawxati oħra, Josianne Camilleri. Illustrazzjonijiet Mark Schembri”

Your email address will not be published.

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

You may also like…