Shop

Praspar mill-Klinika, Doża ta’ Daħq

25.00

SKU: SKU036 Category:

Description

Praspar mill-Klinika, Doża ta’ Daħq – kitba ta’ Marica Mizzi, illustrazzjonjiet ta’ Mark Schembri

Mhux faċli tassoċja tbissima jew daħqa ma’ tabib, professur, spiżjar jew dentist. Normalment persuni b’din il-professjoni iktar nassoċjawhom ma’ xi ħarsa biċ-ċiera, ta’ tħassib, ta’ dubji, ta’ preokkupazzjoni. Ma’ xi tikmixa tax-xufftejn. Ma’ wiċċ laskri, biex ma noqogħdux induru mal-lewża!

Imma mhux f’dan il-ktieb. Hekk kif tibdew tqallbu l-paġni, se tintebħu mill-ewwel li dan il-ktieb se jwasslilkom in-naħa l-oħra ta’ dawn il-professjonisti, l-element umoristiku tagħhom, aneddoti li għaddew minnhom u li ġabulhom tbissima u li issa din it-tbissima, jew kultant anki daħqa kbira, se tgħaddi għand il-qarrej. Għax iva, it-tbissima tittieħed.

Ġabra ta’ aktar minn 200 aneddotu marbutin mal-qasam tas-saħħa b’laqta umoristika li ġraw bis-serjeta’ lill-professuri, tobba, infermiera u tant oħrajn.

U kif tista’ ma titbissimx meta taqra li tabib magħruf mar iħabbat il-bieb u fixkluh ma’ technician tal-waching machines? Jew ma’ tabib li ġabruh mit-triq il-pulizija għax ħasbuh pazjent li għadu kemm ħarab minn Monte Karmeli? U meta fil-kamra mortwarja l-katavru jqum u jaħsad lil kulħadd? U kemm stejjer dwar x’jista’ jagħmel pazjent bis-suppożitorju… U possibbli… anki fuq is-siġġu tad-dentist tista’ tidħaq?!

L-ebda tabib jew professur ma jista’ jagħtik garanzija li l-mediċina li jiktiblek se tfejqek żgur. Imma dan il-ktieb qed jagħtik il-garanzija li l-istejjer miktubin fih se jdaħħquk. Issa tara!

Additional information

Weight .350 kg

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Praspar mill-Klinika, Doża ta’ Daħq”

Your email address will not be published. Required fields are marked *