Description
“Is-sabiħ ta’ dan il-proġett hu li l-poeżija mhux biss tkun espressjoni tal-kelma, imma toħroġ ukoll il-ħsieb imżewwaq, l-għarfien, u l-valuri tal-kittieb. Il-ġmiel poetiku, ma’ dak l-għarfien li joħroġ matul il ħajja u l-milja tagħha meta nikbru, isaħħaħ l-espressjoni b’mod umanistiku u reżiljenti mal-ħsieb dwar il-ħajja.” – Noel Borg
“Richard Gatt jikkonċentra l-aktar fuq il-messaġġ li jrid iħalli fil-versi ta’ kull poeżija tiegħu. Messaġġ dejjem pożittiv u b’intenzjoni li jagħmel il-ġid lil min jaqra. F’kull poeżija jispikkaw il-valuri Kristjani tal-awtur. Valuri li xtaq iwassalhom mhux biss permezz tal-kitba imma wkoll bir-rima fil-versi tiegħu, kwalità mhux dejjem faċli għal kull min kapaċi jikteb.” – Joe Cassar