Categories:

Doqqli, Doqqli, Ħa Tferraħni u stejjer oħra, Reno Borg

12.95

Pittura tal-qoxra tal-artist Anthony Calleja

  • Author:Reno Borg
  • Format:Qoxra ratba
  • Pages:294
  • Year:2025
  • ISBN:9789918 232000
  • Dimensions:200 × 130 cm | 210g
  • Social Share:

Description

“In-novella hija ġeneru fil-letteratura immirata lejn udjenza li trid taqra storja fil-qosor u ta’ malajr. F’din il-ġabra, Reno Borg jgħid l-istorja mingħajr kumplikazzjonijiet, li ġieli tikxef l-ambjent li għex fih l-awtur u l-ħidma tiegħu. Fin-novelli Diego Costas u l-Imħallef tal-Qmis Griża toħroġ il-ħidma tiegħu fil-qrati bħala avukat, imma l-karattri l-oħra kważi ma juru xejn dwaru. L-Ospizju hija mera tal-ambjent reali u t-traġedja tax-xjuħija. Il-Perit ta’ Robben Island tfakkar il-politika tal-apartheid fl-Afrika t’Isfel filwaqt li l-Gżira ta’ Saint-Gabriel tpinġi l-utopija li forsi kulħadd ifittex u ma jsibx. Il-kittieb jinqeda bil karattri biex jikkummenta dwar l-ambjent, l-ewtanasja kif ukoll b’mod ftit moħbi d-diskussjoni dwar iċ ċelibat. Id-deskrizzjonijiet li jambjentaw l-istorja jfakkru l-imħabba tal-kittieb għall-ambjent rurali. B’danakollu jixref ’il barra billi jsawwar il-maġġoranza tal-istejjer tiegħu f’pajjiżi diversi, b’deskrizzjonijiet ħajja li joħduk fihom. Il-kitba hija waħda sempliċi u mexxejja bil-għan li sservi wkoll ta’ mogħdija taż-żmien għal min jaqra dan il-ktieb.”

Tarċisju Zarb dwar in-novelli ta’ Reno Borg

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 200 × 130 cm

You may also like…