Categories:

Karattri u Rakkonti, mir-Raħal u mis-Safar, Mario Thomas Vassallo

25.00

“Il-kitba awtobijografika ta’ Mario Thomas Vassallo tħaddan fiha rakkonti, deskrizzjonijiet, u riflessjonijiet. Bl-istil tiegħu Vassallo jittrattana bħala ta’ ġewwa (jew almenu tal-qalba) tant li ma jżommx lura anki meta jaqa’ għaċ-ċajt.”

  • Il-Professur Charles Briffa
  • Author:Mario Thomas Vassallo
  • Format:Hardback
  • Pages:266
  • Year:2021
  • ISBN:9789918 230341
  • Dimensions:245 × 168 cm
  • Social Share:

Description

Kurdun karattri. Ruxxmata rakkonti. Ħafna u ftit fuq ir-raħal. Ftit u ħafna fuq tant bliet fl-Ewropa u l-Afrika. Dan huwa ktieb mhux tas-soltu. Insiru nafu l-għala Mario weħel mill-eżami tad-duttrina, inkella kif nanntu kienet issajjarlu froġa b’demm it-tiġieġa. Ilaqqagħna mas-sagristan li kien għoddu spiċċa l Vjetnam, mal-arċipriet li jibża’ mill-katavri, inkella mal-kunjata li qattgħet għomorha tindokra l-kappella taċ-ċimiterju. Ma’ Mario nivvjaġġaw lejn diversi bliet fl-Ewropa, fosthom Noto, Cortona, Madrid, Ruma, Istanbul, Londra u Kildare. Miegħu ninżlu lejn it-Tanżanija u Swaziland fejn spiċċa bi prostituta tibki ma’ djulu u bi ġlekk li kellu jirregalah lill-messaġġier għax kien se jgħammed id-disa’ wild. Hawn wisq x’jingħad fuq dan il-ktieb. La tiftħu u tqallbu għandek issib is-senduq ta’ Pandora!

Additional information

Dimensions 245 × 168 cm

1 review for Karattri u Rakkonti, mir-Raħal u mis-Safar, Mario Thomas Vassallo

  1. Mark Vella, riċensjoni ppubblikata fil-gazzetta Illum, Il-Ħadd 2 ta’ Jannar 2022

    “Vassallo l-Malti jiġih naturali daqs il-ħeffa li biha jirrakkonta. Malti idjomtiku bla sforz li jimxi id f’id ma’ rakkont ġenwin li lanqas m’għandu bżonn kutrumbajsi jew l-arroganza stilistika biex jasal fejn irid. Huwa rakkont ta’ xi ħadd li tkun lest tisimgħu … Tista’, fil-fatt, tistrieħ, tinża’ għal ftit mill-armatura, u taqra xi ħaġa li hija wara kollox, int. Li tagħrafha, anki meta mhijiex tiegħek għal kollox, u li tapprezzaha, għaliex b’xi mod missejtha jew tmissha.”

Add a review

Your email address will not be published.

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

You may also like…