Featured Books View all Books

‘André Schembri – 10 snin nilgħab fl-Ewropa’ (Awtobijografija)

‘André Schembri – 10 snin nilgħab fl-Ewropa’ hi l-awtobijorafija tal-player internazzjonali Malti Andre’ Schembri. Għall-ewwel darba player tal-football Malti qed jikteb awtobijografija u jaqsam mal-qarrejja l-esperjenzi, il-weġgħat, is-suċċessi u d-determinazzjoni personali li għamluh player li lagħab ma’ 10 teams barranin differenti u żewġ clubs Maltin. Andre’ hu l-ewwel Malti li għandu din l-istorja x’jirrakkonta u hu l-ewwel Malti li skorja fl-Europa league.

 

André magħruf li jgħid dak li jħoss fl-interess tal-football Malti. Ma joqgħodx lura mill-kontroversji biex jara din il-logħba tissaħħaħ u Malta tikseb riżultati aħjar. Hekk jagħmel f’dan il-ktieb. Bla tlaqliq jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dan l-isport. André jikkummenta wkoll dwar il-coaches barranin u Maltin li ħadem magħhom.

 

Il-ktieb jinkludi 64 paġna bil-kulur li jvarjaw mill-ħajja personali ta’ Schembri għal azzjonijiet u goals li skorja fil-karriera tiegħu. Fil-ktieb se taqraw dak li qatt ma ngħadd qabel u se taraw ritratti li qatt ma ġew pubblikati sa issa.

 

Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor

‘Żelqiet Sportivi u Ċajt ieħor’. Kitba ta’ Mario Pisani. Illustrazzjonijiet ta’ Mark Schembri

 

Aktar minn 160 żelqa, ċajta, praspura u kummiedja li għamlu players tal-football, coaches, atleti, uffiċjali tal-MFA, Presidenti ta’ clubs u ġurnalisti. F’dan il-ktieb diversi players tal-Premier jirrakuntaw il-praspar li għamlu lil xulxin fid-dressing room, waqt it-taħriġ, fil-kmamar u fil-lobby tal-lukandi fejn kienu u fi triqithom huma u sejrin għal xi logħba kompetittiva.

 

F’dan il-ktieb ssiru tafu min huma l-aktar players imqarbin u kummidjanti fit-team nazzjonali. Jekk trid tkun taf min jiċċajta l-aktar goff, dan il-ktieb jaqtalek il-kurżita’.

 

X’jiġrilek jekk tilbes l-istuds ħażin u toħroġ tilgħab fil-ground? X’ġara minnhom l-arloġġ, it-television u l-fire extinguishers tal-lukandi fejn kienu l-players? Għaliex kien hemm players Maltin li ġew arrestati meta kienu barra minn Malta? Kemm-il multa kien hemm min ħallas tal-praspura li għamel? Timmaġina li tispiċċa b’id ta’ ħaddieħor fil-basket ta’ xirja ikel għal players? X’tagħmel jekk jgħidulek li l-President tal-Club għandu sieq tal-injam? Dawn u ħafna aktar inisslulek tbissima. U bilħaqq tgħidx li tkun qed toħroġ ma’ xi ħadd lil xi player għaliex tispiċċa vittma!

 

Dan il-ktieb jinkludi 30 illustrazzjoni ta’ players, coaches u uffiċjali ta’ clubs Maltin. Illustrazzjonijiet li viżwalment jirrakuntaw iċ-ċajt u l-praspar li saru mill-players.

 

‘Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor’ jinxtara għal prezz ta’ €25. Tista’ tgawdi minn offerta ta’ 3 kotba u tiffranka sa €15. Aktar dettalji: http://www.kitegroup.com.mt/product/offerta-specjali-kotba-umoristici/

Latest News

Join our team – Creative Graphic Designer

About us Kite Group has developed extensive expertise and a compelling portfolio in Public Relations, Corporate Communications and Event Management. Kite is also one of Malta’s leading book publishers.   The Role Kite are looking for a Creative Graphic Designer who can think strategically and...
Read More

Watch – Where’s my brother and other confessions – Victor Calleja

The spectacular surroundings of the renovated Fort St Elmo provided an excellent background for the launch of Kite’s newest title, ‘Where’s my brother and other confessions’ by Victor Calleja. This first book of confessions is a fascinating insight into the life of an ordinary man...
Read More

A Commentary on the Constitution of Malta

Il-ktieb ‘A Commentary on the Constitution of Malta’ miktub minn Tonio Borg hu l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu fejn l-awtur jagħmel analiżi ta’ kull artiklu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.   It-tnedija saret fis-Sala tat-Tron fit-18 ta’ Ottubru 2016 f’attivita’ preseduta mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca...
Read More

Watch – Ċajt mis-Sagristija u bawxati oħra mniedi għand is-Sorijiet tal-Klawsura

Qatt ma ħlomt li se nagħmel sena niġbri wara l-qassisin, il-patrijiet u r-reliġjużi. Hekk bdiet id-diskors tagħha Josianne Camilleri li ġabret aktar minn 150 ċajta u bawxata li saru minn religjużi fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-Arċisqof Charles Scicluna wkoll jaqsam mal-qarrejja esperjenzi umoristiċi li għadda minnhom...
Read More

 

 

What Our Clients Say 
"Since its very recent foundation Kite Group published three very interesting additions toMelitensia (It-Tabib Sandy, Gonzi, and Malta's Break with Gaddafi, Recollections of a Premier and George Abela, Qalb in-Nies).  All three are de lux publications.  These books are finished to international standards."
Charles Magro, The Malta Independent on Sunday, 30th March 2014
- Charles Magro, Book Reviewer
Il-kumpanija Kite daħlet b’saħħa fis-suq tal-ktieb Malti.  Bosta drabi min hu fis-settur dejjem jitkellem fuq letarġija u fuq nuqqas ta’ interess mill-qarrej Malti fil-ktieb. Imma Kite Group bl-ewwel esperjenzi tagħha uriet li din l-istampa mhix veritiera għal kollox. Kite uriet li l-poplu Malti jirrispondi u jirrispondi bi ħġaru meta jxomm kotba validi. Kite tat attenzjoni mhux biss lis-suġġetti tagħha imma wkoll il-produzzjoni tal-ktieb fi żmien meta hawn ċerta biża’ fis-settur li jinvestu bil-goff daqstant. B’din it-triq mifruxa quddiema Kite hi arja friska fis-suq Malti.
- Sergio Grech, Awtur
We entrusted Kite Group with our rebranding and production of our corporate profile.  The process was very smooth as Kite Group understood what we were after and surprised us with their fresh proposals.  Kite Group made the whole process look like a walk in the park as they handled all imagery and scripting, allowing us to focus on our business.  Thumbs up to Kite Group!
- Karl Borg, Director, Karl Borg Events.